Lokali

Karozza tibqa’ dieħla f’dar fil-Ħamrun

Ritratt: Christine Mamo
Evitata diżgrazzja biswit 'pelican cross traffic lights'

Xufier ta’ karozza bajda tat-tip Volkwagen Golf tilef il-kontroll tal-vettura u għal xi raġuni baqa’ dieħel f’dar fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.20pm fl-inħawi tal-Milend u jidher li ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

L-inċident seta’ kellu konsegwenzi agħar hekk kif iż-żona fejn seħħ l-inċident, hemm il-pelican cross traffic lights fejn bosta nies jaqsmu din it-triq traffikuża.