Talanqas 30 persuna tilfu ħajjithom meta d-dgħajsa għall-cruises li kienu fuqha nqalbet fi Xmara Victoria. Fil-ħin tat-traġedja, viċin il-kapitali Kampala, kien għaddej party fuq l-istess dgħajsa u li għaliha kien hemm preżenti grupp ta’ madwar mitt ruħ.
L-aħħar rapporti qalu li diversi ‘persuni magħrufa’, inklużi artisti popolari, kienu fuq id-dgħajsa waqt il-party u li kien hemm ‘prinċep’ fost in-nies li kienu salvati mill-ilma.
L-inċident kien l-aħħar fost sensiela ta’ traġedji simili fi Xmara Victoria, u meta l-kaġun jidher li kien ‘iffullar żejjed fuq dgħajsa li ma kenitx tiflaħ għal dik il-kwantità ta’ nies’.
Element ieħor li kontribwixxa għat-traġedja kien il-maltemp, bil-pulizija – li rnexxielhom isalvaw għexieren ta’ nies – jikkonfermaw li ‘fadal numru mhux magħruf ta’ persuni nieqsa’ minn fost il-grupp preżenti għall-party.Ħafna min-nies fuq id-dgħajsa ma kellhomx ġgieget tas-salvataġġ u jidher li wħud għerqu b’konsegwenza.
Uffiċjali lokali qalu wkoll li żewġ dgħajjes żgħar li marru fil-post biex jagħtu l-għajnuna ‘spiċċaw mgħobbija ż-żejjed bin-nies, sal-punt fejn għerqu wkoll f’dik iz-zona ’.
//= $special ?>

