Lokali

Seba’ persuni arrestati fuq sejba ta’ droga

Seba’ persuni ġew arrestati hekk kif instabu fil-pussess ta’ madwar 70 gramma ta’ droga u li kienet lesta biex tiġi traffikata.

F’ħidma li saret mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-Gżira u l-Belt Valletta rriżulta biex ħames irġiel u mara, li l-etajiet tagħhom tvarja bejn it-28 u s-47 sena kellhom fuqhom droga suspettata bħala eroina, kokaina, u crack.

Wara dawn l-arresti u investigazzjonijiet li saru, ġie arrestat ukoll ġuvni ta’ 23 sena residenti San Pawl il-Baħar hekk kif instab fil-pussess ta’ droga suspettata kokaina.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.