Il-gazzetta Malta Today qed tirrapporta kif it-tkabbir bla preċident fil-populazzjoni qed iġib numru ta’ riskji, speċjalment fis-settur turistiku. Dan minħabba in-nuqqas ta’ pjanar mill-Gvern ta’ Joseph Muscat u l-politika li għażel li jaddotta.
It-tkabbir bla proporzjon fil-populazzjoni f’pajjiżna, qiegħed iwassal lil diversi esperti biex jixgħelu bozza ħamra dwar ir-riskji li qed iġġib magħha din il-politika ta’ Muscat – esperti li qed jaqblu ma’ dak li ilu xhur jitkellem dwaru l-Kap tal-PN Adrian Delia.
Nuqqas ta’ pjanar mill-Gvern ta’ Joseph Muscat u l-politika li għażel li jaddotta.
L-istess artiklu jsostni li l-politika tal-Gvern dwar il-popolazzjoni se tfalli b’mod sinifikanti jekk Muscat ma jindirizzax l-isfidi li qed jaffaċċja s-settur turistiku. L-artiklu jkompli billi jghid li dan mhux biss qed jingħad f’numru ta’ postijiet f’Malta, iżda kien hemm okkazjonijiet ohra fejn numru ta’ investituri kemmxu wiċċhom meta bdew jaraw l-istatistika tiela tal-populazzjoni f’Malta.
Pajjiżna preżentament qed jiffaċċja influss kbir kemm fit-turiżmu u kif ukoll fil-populazzjoni residenzjali. Dan iżda huwa ta’ riskju kbir għal pajjiżna meta npoġġu fl-istampa kollha d-daqs ta’ artna, iċ-ċokon tagħna u d-densità għolja.
Ir-rapport kompla billi qal li anki l-ħaddiema fis-settur turistiku qed jesperjenzaw sfidi kbar, fejn it-tkabbir qed isir bla t-tħassib u ħalla numru ta’ setturi oħra f’din l-industrija tat-turiżmu mitluqin għal riħhom.
Infatti ntqal li karriera fit-turiżmu qed titlef il-popularità, u l-ospitalità li dan is-settur qabel kien joffri issa qed tintilef għal kollox.
//= $special ?>