Sport Sport Ieħor

Ut De Dompierre, Quick Fix u Overtaker By Sib b’suċċess fil-Premier

Ut de Dompierre (Michael Ellul) jaqsam il-linja finali fl-ewwel semifinali tat-Tazza tal-President (Ritratt: Joseph Galea)

Rapport: Kenneth Vella

L-aktar tliet tiġrijiet mistennija li saru llum wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienu tliet semifinali mill-kampjonat tat-Tazza tal-President għal żwiemel tal-aqwa klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m.

Dawn għamlu parti mit-53 laqgħa tal-istaġun fuq tnax-il tiġrija kollha għal żwiemel tat-trott. Mit-tliet semifinali Premier, tnax-il żiemel għaddew għall-finali. Din is-sena, din il-kompetizzjoni hija organizzata bl-għajnuna tal-kumpanija Technovet.

Sitt żwiemel biss ħadu sehem fl-ewwel semifinali Premier. Kif kien mistenni kien il-Franċiż Ut De Dompierre (Michael Ellul) li żamm l-ewwel post tul id-distanza. Bla tbatija, dan irnexxielu jieħu t-tielet rebħa infila u sitt waħda fi xtutna minn Amour De La Rue (Mario Fenech) u Global Oracle (Noel Baldacchino). Jaguar Broline (Charles Camilleri) kien l-aħħar żiemel li għadda għall-finali wara pjazzament fir-raba’ pożizzjoni.

Simili kienet it-tieni semifinali mill-istess kompetizzjoni. Hawnhekk kien l-Iżvediż Quick Fix (Owen Borg) li ddomina tul id-distanza. Dan irnexxielu jieħu l-ewwel rebħa fi xtutna fit-tielet ħarġa tiegħu b’tul minn Lajos Cella (Rodney Gatt). Drogba Bob (Carl Caruana) u M.R. Hungry Eyes (Cliferty Calleja) daħlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

B’kuntrast it-tielet u l-aħħar semifinali kienet ferm eċċitanti u kumbattuta sat-tmiem. Dan irriżulta fi dwell missielet matul l-aħħar 200 metru bejn ir-rebbieħ, it-Taljan Overtaker By Sib (Marco Refalo), li beda jżid fil-ġiri matul l-aħħar 500m, u l-Amerikan I Won’t Dance (Clint Vassallo).

Kien tal-ewwel li rritorna għar-rebħ wara assenza ta’ xi xhur b’Next To None Sib (Jesmar Gafà) li kien għal ħafna metri quddiem u Claude Guegan (Paul Vassallo) ikunu l-aħħar zwiemel li jghaddu ghall-finali. Hawnhekk is-sorpriza kienet l-eliminazzjoni tal-popolari Okay Dei Ronchi li biddel il-pass 600m mil-linja finali.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Crown Lady (R. Gatt) Ħin – 2.48.2” (1.18.6”) 2. Robinia As (M. Ellul) 3. Enjos TS (S. Vassallo) 4. Tell You Off (N. Cauchi)

II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Livi Import (C. Camilleri) Ħin – 2.48.2” (1.18.6”) 2. Skip Dimanche (J. Azzopardi) 3. Barkaks Barabbas (J. Briffa) 4. Svennes Neon (D. Baldacchino)

III Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Trossa Lung (J. Gafà) Ħin – 2.49” (1.19”) 2. White Flame (D. Ellul) 3. Alsace In (M. Ellul) 4. Almondo Rich (J. Vella)

IV Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Tjurhults Dealer (N. Baldacchino) Ħin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Wies Buitenzorg (Ch. Grech) 3. Sabacan Savage (Sh. Portelli) 4. Top Di Girifalco (R. Gatt)

V Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Made Ave Maria (R. Gatt) Ħin – 2.43.7” (1.16.5”) 2. Quite A Feeling (D. Casha) 3. Damu Cherry (J. Farrugia) 4. Rosenstolz (M. Fenech)

VI Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Anterior Express (P. Galea) Ħin – 2.46.5” (1.17.8”) 2. Fakir Haleryd (R. Schembri) 3. Juvel As (A. Curmi) 4. Quickspin (A. Debono)

VII Tiġrija Semifinali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Ut De Dompierre (M. Ellul) Ħin – 2.46.6” (1.17.9”) 2. Amour De La Rue (M. Fenech) 3. Global Oracle (N. Baldacchino) 4. Jaguar Broline (C. Camilleri)

VIII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Sam Forget (N. Barbara) Ħin – 2.41.4” (1.15.4”) 2. Remain Garo (D. Baldacchino) 3. Santiago Kyu (C. Borg) 4. Dewy Luvs Britt (P. Bonello)

IX Tiġrija Semifinali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Quick Fix (O. Borg) Ħin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Lajos Cella (R. Gatt) 3. Drogba Bob (C. Caruana) 4. M.R. Hungry Eyes (C. Calleja)

X Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Goldseeker (J. Carabott) Ħin – 2.43.5” (1.16.4”) 2. U. Two Swing (S. Cassar) 3. Orobianco Star (N. Baldacchino) 4. Lover Roc (J. Attard)

XI-il Tiġrija Semifinali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Overtaker By Sib (M. Refalo) Ħin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. I Won’t Dance (C. Vassallo) 3. Next To None Sib (J. Gafa’) 4. Claude Guegan (P. Vassallo)

XII-il Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Neptunus Face (L. Ghigo) Ħin – 2.46.9” (1.16.9”) 2. Black Dream (M. Debono) 3. Sitka Rod (T. Demanuele) 4. Look Twice (K. Galea)