138 Student Universitarju ggradwaw fis-suġġetti li studjaw u speċjalizzaw fihom fl-aħħar snin, hekk kif qed tkompli s-sensiela ta’ ċerimonji fil-Knisja tal-Ġiżwiti, fl-Università l-Antika.
F’żewġ ċerimonji t-Tnejn waranofsinhar, iggradwaw l-Istudenti li lestew il-Korsijiet rispettivi fil-Fakultà tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni, l-Istitut tat-Teknoloġiji Aerospazjali, l-Istitut tal-Logħob Diġitali, l-Istitut Edward De Bono għad-Diżinn u l-Iżvilupp tal-Ħsieb, l-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa, l-Istitut tat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura.
Saret iċ-ċerimonja wkoll għall-Istudenti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni u dawk fiċ-Ċentru ta’ Riċerka Ewro-Mediterranja.
L-akbar ammont ta’ Studenti f’dawn iċ-ċerimonji ggradwaw b’Masters fit-Tagħlim, bi 48 Student, li allura issa saru Għalliema. It-tieni l-akbar grupp huma li ggradwaw b’Masters fix-Xjenza, fejn kien hemm 19-il Student.
//= $special ?>