Lokali Qorti

4 snin ħabs u multa ta’ €1000 dwar pussess aggravat tad-droga

Raġel ta’ 43 sena intbgħat 4 snin ħabs u ġie mmultat €1000 wara li ammetta li f’erba okkażjonijet differenti instab fil-pussess aggravat ta’ droga eroina u kokaina f’ammonti li jindika li d-droga ma kienitx għall-użu esklussiv tiegħu.

Zammit kien arrestat ġie f’April ta’ din is-sena fil-Gżira mil-Pulizija ta’ Kontra d-Droga meta nstab li kien f’pussess ta’ droga kif ukoll kellu fuqu miżien diġitali u ammont konsiderevoli ta flus kontanti.

Wara dan l-arrest ir-raġel reġa nżamm għall -interrogazzjoni f’żewġ okkażjonijijet oħra f’Mejju u f’Lujlu li għadda b’akkużi simili.

Il-Pulizija arrestat lir-raġel għar-raba’ darba s-Sibt li għadda meta fl-appartament tiegħu instabet id-droga kokaina u eroina u ammont ieħor ta’ flus.

Il-Maġistrat Francesco Depasqualre ħeġġet lir-raġel, li ma jaħdimx, biex jagħmel programm ta’ riabilitazzjoni u qallu biex jagħmel mezz biex jirranġa ħajtu.

L-Ispettur Mark Anthony Mercieca mexxa l-prosekuzzjoni u għall-akkużat deher l-avukat tal-għajnuna legali Dunstan Camilleri.