Il-Pulizija tal-RIU illum wara nofsinhar arrestaw raġel illi deher jaġixxi b’mod suspettuż fi Ġnien Bonello du Puis f’Tas-Sliema. Is-suspettat kien għaddej fil-ġnien b’bagalja, meta f’ħin minnhom dehru jersqu lejh numru ta’ Pulizija. Huma fetħulu l-bagalja u fittxew ukoll id-dokumenti li kellu fuqu, inkluż il-passaport.
Ir-raġel ittieħed mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.
//= $special ?>