Sport Sport Ieħor

Cilic jagħti t-Tazza Davis lill-Kroazja

(Ritratt: EPA)

Il-Kroazja rebħet it-Tazza Davis wara li rebħet il-finali kontra ċ-champions renjanti Franza. Ir-rebħa deċiżiva waslet permezz tar-rebħa ta’ 7-6, 6-3, 6-3 li Marin Cilic kellu fuq Lucas Pouille f’Lille. Ir-rebħa tal-Kroazja kienet it-tieni waħda wara s-suċċess tal-2005.

Il-Kroati kienu 2-0 minn fuq wara li Borna Coric u Cilic kisbu rebħiet fi straight sets kontra Jeremy Chardy u Jo-Wilfried Tsonga rispettivament. Madankollu r-rebħa fid-doppji ta’ Nicolas Mahut u Pierre-Hugues Herbert taw tama ġdid lit-tim Franċiż.

Franza riedet tirbaħ iż-żewġ logħbiet fl-aħħar ġurnata biex issir l-ewwel tim mill-1939 li jdawwar żvantaġġ ta’ 2-0 iżda t-tamiet tagħhom intemmew mill-ewwel.

Il-Kroazja li kienet l-ewwel pajjiż li rebħet it-Tazza Davis fl-2005 mingħajr ma kienet seeded, reġgħet daħlet fl-istorja bħala l-aħħar rebbieħa tal-kompetizzjoni b’dan il-format. Dan għaliex is-sena d-dieħla l-format se jinkludi lit-timijiet jilagħbu f’darhom wara rawnd ta’ kwalifikazzjoni li jilħaq il-qofol tiegħu fil-fażi finali ta’ 18-il pajjiż f’Madrid f’Novembru.

Tags