L-eks attakkant Taljan Gianluca Valli ħabbar f’intervista mal-ġurnal Corriere della Sera li fl-aħħar sena kien qed jissielet kontra l-marda tal-kanċer fis-skiet iżda issa jinsab tajjeb.
Hu żvela din l-istorja bit-tama li jispira lil ħaddieħor li qed jissielet kontra din il-marda. Vialli għamel tmien xhur bil-kimoterapija u sitt ġimgħat ta’ radjoterapija. It-Taljan qal li issa jinsab tajjeb iżda qal li ma għandux ċertezza ta’ meta din il-ġlieda se tintemm.
Vialli li għandu 54 sena fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Cremonese, Sampdoria, Juventus u Chelsea. Hu jitqies bħala wieħed mill-aqwa attakkanti Taljani tal-ġenerazzjoni tiegħu u fost l-unuri li rebaħ fil-karriera jispikkaw iż-żewġ suċċessi fis-Serie A ma’ Sampdoria fl-istaġun 1990/91 u ma’ Juventus erba’ snin wara. Mal-Bianconeri rebaħ il-UEFA Champions League fl-istaġun 1995/96.
//= $special ?>