…il-Pjan għall-Enerġija suppost jitressaq sa’ tmiem l-2018
Il-Gvern ma nkludiex diskussjoni parlamentatri dwar il-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija fl-aġenda tiegħu tad-dibattitu parlamentari sakemm il-parlament jaġġorna għall-vaganzi tal-Milied fit-12 ta’ Diċembru 2018.
Dan jirriżulta mill-iskeda ta’ diskussjonijiet li l-gvern ippreżenta fil-laqgħa tal-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra li ddiskuta l-aġenda tal-parlament.
Din l-iskeda kienet ippreżentata mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne f’laqgħa li fiha l-Oppożizzjoni kienet rappreżentata mill-Viċi-Kap David Agius u l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar.
Sal-aħħar tas-sena 2018, il-Gvern hu oblbigat li jippreżenta l-Pjan dwar l-Enerġija tal-pajjiż sal-2030 skont kif skedat mill-Kummissjoni Ewropea.
Minkejja l-insistenza tal-Oppożizzjoni biex il-Gvern jispeċifika d-dati meta dan il-pjan se jkun diskuss fil-parlament, il-Gvern qed jibqa’ jtawwal u ma jagħtix data għad-diskussjoni dwar dan il-pjan nazzjonali. Mhux stabbilit jekk il-gvern iffinalizzax dan il-pjan u x’inhu jżommu milli jressqu għad-diskussjoni; jekk il-pjan jeżisti.
//= $special ?>