Lokali

Il-komunità Libjana xxukkjata bil-mewt ta’ Akram Almshay; tikkundanna lil min xerred il-filmat

Ix-xena fil-post tat-traġedja
"Ejjew nuru rispett lejn martu, bintu u dawk kollha li kienu jafuh"

Xokk fost il-komunità Libjana f’Malta għall-mewt taż-żagħżugħ Akram Ạlmsẖạy, li dalgħodu waqa’ seba’ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni f’Tas-Sliema.

Akram, missier ta’ tifla żgħira li kellu biss 26 sena, ġie imfakkar minn dawk li jafuh bħala bniedem kwiet, mill-aħjar li kien iħobb lil familtu u li kiseb ir-rispett ta’ kull min kien jafu.

L-aħbar tal-mewta traġika tiegħu wasslet ukoll għal ammont kbir ta’ messaġġi li wegħduh li jieħdu ħsieb bintu daqs li kieku kienet tagħhom,

Sadattant l-istess komunità fuq il-midja soċjali appellat biex ħadd ma jxerred il-filmat li juri l-mumenti qabel l-inċident b’rispett ta’ martu, bintu u dawk kollha li kienu jafuh.