Newcastle kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva fil-Premier meta din id-darba għelbu lil Burnley 2-1 f’Turf Moor, liema riżultati taffew il-pressjoni minn fuq il-manager Rafa Benitez.
Il-Magpies fetħu l-iskor wara erba’ minuti meta xutt ta’ Federico Fernandez kien imxellef minn Ben Mee u spiċċa fix-xibka. Huma rduppjaw fit-23 minuta bi kross mil-lemin isib lil Ciaran Clark li għeleb lil Joe Hart b’daqqa ta’ ras għar-rokna.
Burnley daħlu fil-logħba fl-40 minuta meta minn ballun fit-tul min-nofs il-grawnd, daħal l-attakkant Sam Vokes li qabbeż il-ballun wara Dubravka b’daqqa ta’ ras minn tarf il-kaxxa. Fit-tieni taqsima, Newcastle kienu aktar difensivi u wassal biex Burnley żiedu l-isforzi tagħhom sat-tmiem, iżda minkejja l-pressjoni ma rnexxielhomx isibu l-gowl li tal-anqas kienu jsalvaw punt.
//= $special ?>