Cagliari u Torino ħadu punt kull wieħed fl-aħħar logħba tat-13-il ġurnata tas-Serie A. Wieħed mill-protagonisti tal-logħba kien il-gowlkiper ta’ Cagliari Alessio Cragno li salva diversi tentattivi fost l-oħrajn ta’ Andrea Belotti u Simone Zaza.
Nieqes għal Torino kien il-kowċ Walter Mazzarri li jinsab ma jiflaħx. B’dan ir-riżultat, Cagliari għadhom mhux megħluba f’darhom wara sitt partiti. Fl-ewwel taqsima l-logħba ddiżappuntat bi tliet xuttijiet biss, iżda fit-tieni taqsima l-logħba żiedet fir-ritmu, bil-gowlkiper żagħżugħ ta’ Cagliari jiddistingwi ruħu fejn fosthom salva tentattiv ta’ Belotti fid-89 minuta, b’Cagliari jfallu ċans lejn it-tmiem minn Daniele Dessena.
//= $special ?>