Internazzjonali

Miet id-direttur tal-films Bernardo Bertolucci

Bernardo Bertolucci

Tħabbret il-mewt tad-direttur tal-films, it-Taljan Bernardo Bertolucci li kellu 77 sena. Bertolucci, magħruf fost l-oħra għall-films Last Tango in Paris u The Last Emperor, miet f’Ruma minħabba l-marda tal-kanċer.
Imwieled f’Parma fl-1941, films oħra li diriġa kienu The Conformist, The Dreamers, 1900 u The Sheltering Sky.
Hu kien rebaħ żewġ Oscars għad-direzzjoni u l-kitba ta’ The Last Emperor.