Lokali

“Prim Ministru fil-muta”

Għaddiet ġimgħa oħra u l-pajjiż għadu qed jistenna li l-Prim Ministru jġorr ir-responsabiltà politika jew tal-anqas jara li jġorruha dawk li tagħhom ġew esposti l-pjanijiet li jdaħħlu 5,000 ewro kuljum minn 17 Black.

Iżda l-Prim Ministru baqa’ fil-muta li issa ilu fiha minn mindu Reuters u t-Times of Malta kkonfermaw li s-sid ta’ 17 Black mhu ħadd hlief Yorgen Fenech – id-direttur tal-kumpanija li qed tmexxi l-power station tal-gass… u li kellu ftehim ċar li jghaddi €150,000 fix-xahar lill-kumpaniji Hearnville u Tillgate.

Adrian Delia tenna dak li qal fid-diskors li ta fl-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fejn elenka 7 gidbiet li qed jirrepeti Joseph Muscat.

Muscat mhux jghid il-verita’ meta jinheba wara l-inkjesta…meta l-inkjesta ma tista qatt tiddetermina min għandu jġorr ir-responsabiltà politika.

Joseph Muscat qed jigdeb ukoll meta jgħid li l-inkjesta ta’ 17 Black mhux fuq Keith Schembri u li mhemmx rabta bejn 17 Black u shabu li waqqfu strutturi sigrieti fil-Panama biex jirċievu l-flus direttament minn 17 Black.

Fil-Kunsill Ġenerali, il-Kap tal-Oppożizzjoni insista għal darboħra li l-Prim Ministru għandu jdejh marbutin hekk kif qed jibqa’ jiddefendi l-interessi ta’ tnejn minn nies minflok l-interessi tal-pajjiż.