Merħba kbira ngħatat lil Ela Mangion minn folla imdaqqsa ta’ nies li kienu qed jistennewha lura Malta fl-ajruport internazzjonali.
Mangion irrappreżentat lill-Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li sar fil-Belarus. Hija irnexxielha tikseb 181 punt u spiċċat fil-ħames post, għalkemm mill-punti tal-ġurija klassifikat fit-tieni post.
Ela Mangion interpretat il-kanzunetta “Marchin’On” fil-festival tal-Junior Eurovision fil-Belarus nhar il-Ħadd li għadda fejn ipparteċipaw 20 pajjiż.
Il-festival intrebaħ mill-Polonja, filwaqt li Franza u l-Awstralja kisbu t-tieni u t-tielet post rispettivament.
//= $special ?>