Lokali

“Fejn hi l-etika? Fejn hi l-qalb?” – appell biex issir apoloġija u jitneħħa l-filmat

Diżappunt għall-fatt li ċertu siti xerrdu l-filmat tal-aħħar sekondi tal-Libjan imdendel mal-ħabel

“Min se jikkonsla lil bint Akram meta 15-il sena oħra tara dan il-filmat?”

Huwa dan il-messaġġ ta’ dieqa, u kultant b’ton ta’ rabja, li wassal Omar Rababah; ċittadin li ħass il-bżonn li jitkellem pubblikament dwar il-mod kif ġiet rappurtata t-traġedja li seħħet ilbieraħ fi Qui Si Sana.

Traġedja li fiha miet ir-raġel Libjan Akram illi ħalla warajh tifla ta’ sena u ftit xhur.

Omar saħaq li jistenna apoloġija mill-Kmamar tal-aħbarijiet li xandru l-filmat tal-Libjan imdendel ma’ ħabel għal isfel, fil-mument eżatt qabel miet f’sit ta’ kostruzzjoni.

Ikkummenta