Lokali

FILMAT: Jidħlu għall-bagalji huma stess minn fuq il-conveyor belt

Filmat miġbud dan l-aħħar b’ħafna umoriżmu spiċċa qala’ kontroversja kbira fuq l-internet wara li xi żgħażagħ dehru jidħlu għall-bagalji fit-terminal tal-MIA minn fuq il-conveyor belt.

Il-video għandu t-titlu “Flight was delayed…took to long for baggage, so my friends went to collect it themselves” u taħtu kien hemm baraxx ta’ kummenti minn Maltin li qalulhom biex joqgħodu attenti għaliex malajr jiġu arrestati.

Il-filmat tpoġġa’ fuq is-sit popolari 9GAG, ibbażat f’Hong Kong – sit li fih jitpoġġew videos tad-daħk, memes, gifs, ritratti u materjal ieħor umoristiku.

Ikkummenta