Kienu bosta l-persuni li lmentaw ma’ dan l-istazzjon dwar il-fatt li l-frott u l-ħaxix li qed jitqassam fl-iskejjel, ħafna drabi qed ikun imħassar. Dan bil-konsegwenza li l-frott u l-ħaxix qed jispiċċa jintrema, u t-tfal jispiċċċaw b’xejn.
Ġenituri li tkellmu ma’ Net News qalulna li t-tfal fl-iskejjel għandu jingħatalhom frott u ħaxix li jkun frisk u bnin għal saħħithom. Ilmentaw ukoll dwar din il-ħela u dwar kif flok lit-tfal qed juruhom il-benfiċċju tal-frott u li wieħed jiekol il-frott maqtugħ u mnawwar, dan qed iwassal biex jagħti lit-tfal esperjenza qarsa mill-frott u l-ħaxix.
L-iskema tat-tqassim tal-frott u l-ħaxix b’xejn fl-iskejjel kienet iddaħħlet minn Gvern Nazzjonalista sabiex it-tfal jitgħallmu dwar l-importanza tal-frott u l-ħaxix f’dietà tajba li tkun nutrijenti. Dan fi sforz nazzjonali li tonqos l-obeżità fost it-tfal Maltin u Għawdxin. Kif sostnew diversi ġenituri, jekk il-frott u l-ħaxix ma jkunx frisk l-għan edukattiv ta’ dan is-servizz jispiċċa fix-xejn.
//= $special ?>