Lokali Parlament

Gvern maħmuġ li qed jimbarazza lill-pajjiż u lill-poplu

Keith Schembri, Joseph Muscat u Konrad Mizzi

Il-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo u d-deputati Ivan Bartolo, Toni Bezzina, Edwin Vassallo u Therese Comodini Cachia sostnew fil-parlament li qed tintilef kull kredibbiltà fil-pajjiż, li hemm dubju min qed imexxi l-pajjiż u min hu l-Prim Ministru, li Malta saret il-pajjiż tal-ħasil tal-flus u li Malta saret l-aktar pajjiż maħmuġ fl-ambjent u fil-korruzzjoni.

Qed tintilef kull kredibbiltà fil-pajjiż


– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo tkellem dwaar il-wegħdi li għamel Joseph Muscat qabel l-elezzjoni tal-2013 favur il-governanza tajba, il-meritokrazija u l-ġustizzja. Hu fakkar kif Joseph Muscat kien ħabbat il-bieb ta’ kulħadd biex jikseb l-appoġġ. Joseph Muscat kien żamm lil kulħadd kuntent basta ma jitniffsux u ġab miegħu anki lil min kien kontra l-PL jew qatt ma daħlu fil-politika. Il-korruzzjoni teqred liż-żgħir u lill-fqir, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li qed tintilef kull kredibbiltà. Hu semma’ kif inqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u sostna li dan kien qtil politiku.

Dubju min qed imexxi l-pajjiż u min hu l-Prim Ministru


– Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li qal li r-roadmap kienet maħsuba sa minn qabel l-elezzjoni u spjega kif il-pajjiż ma kellux bżonn power station oħra. Issa kien żvelat li s-sid tal-kumpanija 17 Black hi parti minn kumpanija li hi parti minn konsorzju li bena l-poer station.

L-aktar żewġ persuni viċin il-Prim Ministru iddikjaraw li se jdaħħlu €3 miljun kull wieħed minn flus il-poplu. Hemm dubju min hu l-Prim Ministru ta’ Malta u min qed imexxi l-pajjiż. permzz ta’ Socar il-Gvern ikkomprometta l-programm elettorali għaliex żgur li am sarx due diligence dwarha.

Hu semma’ l-ftehim dwar ix-xiri tal-gass mill-Ażerbajġan wara jara li l-Prim Ministru u l-uffiċjali viċin tiegħu; liema żjara kienet sigrieta. Is-Socar qed taqla’ €22 miljun fis-sena beix tixtri mingħand ix-Shell għaliex din ma tipproduċiehx. Il-Gevrn se jifffranka €570 miljun kieku xtara dirett mingħand ix-Shell.

Toni Bezzina semma’ l-iskandli tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet, tal-Cafè Premier, il-ħruġ ta’ visas mediċi lil-Libjani, ħruġ ta’ 14,000 visa oħra lil-Libjani, 7,000 visa lill-Alġerini, istsituzzjonijiet fi kriżi u l-iskandlu ta’ €10 miljuni fl-Australia Hall.

Hu semma d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw l-anzjani biex ilaħħaqu mal-ħajja u qal li t-traffiku fil-pajjiż kompla jiżdied tant li l-emissjonijiet żdiedu bi 12%. Dan filaqt li s-sussidju għat-trasport pubbliku lill-kumpanija Spanjola żdied minn €6 miljuni għal €30 miljun.

Malta saret il-pajjiż tal-ħasil tal-flus


– Robert Arrigo, PN

Il-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo semma’ l-mod kif il-media barranija qed tiffoka fuq il-qtil ta’ Daphne Carauna Galizia u qal li Malta llum saret pajjiż li fih isir il-ħasil tal-flus.

Hu qal li Malta qed ikollha isem ħażin ħafna u insista li l-Maltin għandhom ikunu jafu min huma dawk li qed jixtru l-passaporti.

Il-kuntratti l-kbar bħal dak tal-Vitals hu wkoll sors ta’ ħasil tal-flus. Robert Arrigo qal li l-vittmi tal-korruzzjoni huma n-negozji żgħar, medji u kbar serji flimkien man-nies.

Malta l-aktar pajjiż maħmuġ fl-ambjent u fil-korruzzjoni


– Edwin Vassallo,PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li llum Malta hi l-aktar post maħmuġ fl-UE u sostna li ż-żewġ power stations li għamel Joseph Muscat qed iniġġsu iktar minn qabel. L-emissjonijiet żdiedu fuq dak li kien fl-2016. Malta hi wkoll l-aktar post maħmuġ moralament iżda l-Ministru Konrad Mizzi ma ddejjaq xejn jimbarazza lill-poplu Malti. L-akbar sfida li għandu l-pajjiż hu l-futur iżda l-aktar piż li għandu l-pajjiż hu dan il-gvern b’dawn il-ministri. Hu qal li d-deputati Laburisti qed jitħallsu tliet pagi.

Edwin Vassallo qal li Gvern Nazzjonalista kien ħa azzjoni dwar l-iskandli taż-żejt iżda l-gvern Laburista ma ħa l-ebda azzjoni dwar il-korruzzjoni preżenti. Il-pajjiż qed jaqa’ lura biex juri li verament ikollna l-indafa. Hu wissa’ biex bil-blockchain ma jkunx hemm iktar lok għall-ħasil tal-flus u sostna li l-gvern ġab stat amorali fejn il-pajjiż sar l-istat li trid toqghod attent minnu. Hu qal li l-gvern ġab fix-xejn il-valur tal-ġid komuni.

Min jasħel il-flus jiftaħ kumpaniji sigrieti fil-Pnama


– Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qal li l-ħasil tal-flus hu reat kriminali serju anki jekk ikun hemm tentattiv ta’ ħasil ta’ flus.

Hi semmiet diversi eżempji ta’ dħul minn attivitajiet illegali fosthom ħasil ta’ flus. Dwar Sata Bank, id-deputat Nazzjonalista semmiet id-diffikultajiet li għaddejjin minnhom dawk li kellhom kontijiet f’dan il-bank.

Dan seħħ minħabba li xi ħadd irnexxielu jaħsel flusu fil-bank Sata Bank. Il-persuni li jkunu involuti fil-ħasil ta’ flus jiftħu kumpaniji fil-Panama b’mod sigriet u ma jnformawx lill-pajjiż bihom, sostniet id-deputat Nazzjonalista.