Lokali

Jitfakkru l-membri mejtin tal-Forzi Armati ta’ Malta

19/11/2018 08:36:43 Luqa

Fil-knisja li tinsab fil-Barracks ta’ Ħal Luqa, ġiet iċċelebrata quddiesa mmexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, għal ruħ il-membri mejtin tal-Forzi Armati, b’mod partikolari għas-suldati li mietu matul is-sena li għaddiet. Mal-Isqof ikkonċelebraw iċ-Chaplain tal-Forzi Armati ta’ Malta Dun Joe Meli u Dun Anton Farrugia OFM. Għall-quddiesa attenda l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati l-Brigadier Jeffrey Curmi, kif ukoll fizzjali u rappreżentanti ta’ membri minn kull taqsima tal-Forzi Armati.

Wara l-quddiesa saret ċerimonja fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata fuq l-oqbra tas-suldati tal-Forzi Armati. Flimkien mat-talba għal dawk li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem, l-Isqof Awżiljarju wera l-apprezzament tal-Knisja f’Malta għall-ħidma tal-membri tal-Forzi Armati.