“Madwar 2,000 huma dawk li f’pajjiżna qed jgħixu f’garaxx, u dan hu biss dak li għandna għarfien dwaru”. Dan intqal waqt diskussjoni organizzata mill-għaqda ‘Catholic Voices’, f’messaġġ ċar illi twassal minn numru ta’ rappreżentanti ta’ NGO’s f’pajjiżna – għaqdiet li qed jaqblu ma’ dak li ilu xhur jitkellem dwaru l-Kap tal-PN Adrian Delia.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni tal-Aġenti tal-Proprjetà, Simon Debono qal l-awtoritajiet qed jippruvaw jaħbu l-verità li hawn nies jgħixu fil-garaxxijiet. Hu insista li ma kienx qed jitkellem dwar nies mill-klassijiet soċjali baxxi, iżda din il-problema hija reali u qed tmiss lin-nies li “jilbsu l-ġlekk u l-ingravata u jmorru jaħdmu kuljum.”
Attivist mill-Alleanza kontra l-Faqar, Joseph Bartolo, tkellem dwar il-problema tal-kiri, li mhux biss taffettwa lil dawk li jaqilgħu dħul baxx iżda li l-problema qed tiżdied fi ħdan familji b’introjtu medju …jew dawk li għandhom ftit iktar minn hekk, u li qed isibuha diffiċli biex jixtru dar.
L-awtoritajiet qed jippruvaw jaħbu l-verità li hawn nies jgħixu fil-garaxxijiet.
Fl-istess attività li saret dan l-aħħar, id-direttur tal-Caritas Anthony Gatt qabel ma’ dawn ir-rimarki. Hu kompla billi qal li l-organizzazzjoni tiegħu qed tara mill-anqas tliet każijiet fil-ġimgħa ta’ nies li jkollhom bżonn saqaf fuq rashom.
Anthony Gatt qal li hemm bżonn provvista xierqa ta’ proprjetajiet għall-kiri minħabba li l-pagi mhux qed ilahhqu mal-prezzijiet tal-kiri li dejjem qed jogħlew.
Catholic Voices, l-Alleanza kontra l-Faqar u l-Caritas qalu li l-ideat tagħhom huma mibnija fuq esperjenza tanġibbli, u l-esperjenzi li jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum. Saħqu li r-rapporti tagħhom għandhom jitqiesu fl-isfond ta’ dak li qed jiġri fl-ekonomija usa’ u s-suq tal-proprjetà.
Il-Kap tal-PN Adrian Delia tkellem fil-Parlament b’mod ripetut dwar il-faqar f’pajjizna u l-problema tal-kirjiet, u sahaq li l-PN jemmen illi kulhadd ghandu jkollu saqaf fuq rasu. Minn naha l-oħra, il-Gvern ta’ Muscat addotta strateġija fejn qed jinkoraġixxi d-dhul ta’ ħaddiema minn pajjiżi mhux tal-UE, bħas-Serbja, il-Filippini u l-Montenegro b’riżultat li qed naraw ic-cheap labour jgħolli rasu…u żieda fil-popolazzjoni li qed taffetwa l-prezz tal-kirjiet.
//= $special ?>