– Claudetet Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat biex l-istrateġija dwar id-dijabate ktun analizzata u studjata biex ikun stabbilit liema hi l-aħjar direzzjoni.
Fl-Aġġornament Claudette Buttigieg tkellmet dwar id-dijabete u l-ħidma tal-Assoċjazzjoni tad-Dijabate li turi solidarjetà kbira mal-persuni li jsofru minn dijabate li tolqot lit-tfal u liż-żgħażagħ. L-aktar dijabate komuni f’Malta hi dik tat-tip 2 li tiġi minħabba stil ta’ ħajja u għax tintiret.
Hi qalet li hu pożittiv li se jitwaqqaf sotto-kumitat u tkellmet dwar il-prijorità tal-konswegwenzi tat-tfal li jkollhom jieħdu madwar sitt injezzjonijiet kuljum. Għalhekk l-apparat ta’ monitoraġġ li jaqra l-livell tad-demm u l-livell taz-zokkor tad-demm ikollu effetti pożittivi u hu tajjeb li dan jiddaħħal.
Id-deputat Nazzjonalista appellat biex l-istrateġija dwar id-dijabate ktun analizzata u stdujata biex ikun stabbilit liema hi l-aħjar direzzjoni. Fil-pajjiż hawn 10% li jbatu bid-dijabate.
Claudette Buttigieg tkellmet dwar l-importanza tal-vuċi tat-tfal fl-iżvilupp tas-soċjetà u l-parteċipazzjoni tagħhom.
//= $special ?>