Minn “Viva Joseph Muscat” għal “m’għandix ċans”. Minn deputati jaħarbu għal oħrajn li jibqgħu jinħbew wara l-iskuża tal-inkjesta.
Kien dan is-sentiment fost il-Grupp Parlamentari Laburista hekk kif ilbieraħ filgħaxija komplejna nipressaw lill-membri tal-Gvern biex iwieġbu d-domandi ċari dwar l-iskandlu 17 Black – domandi li komplew jikbru wara li fl-aħħar ġimgħat ħarġu fatti ġodda li jorbtu l-proġett tal-powerstation il-ġdida tal-gass maż-żewġ kumpaniji sigrieti ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri.
//= $special ?>