Tlett żgħażagħ Pollakki sfaw misruqa f’nofs ta’ lejl hekk kif fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu raġel armat ħebb għalihom u serqilhom il-basktijiet.
Is-serqa seħħet fis-2am fi Triq Walter Ganado f’Pembroke, fiz-zona ‘l barra minn Paceville.
Skont l-istħarriġ li sar mill-Pulizija tad-Distrett jidher illi l-ħalliel kellu wiċċu mgħotti u kellu wkoll arma. Iż-żgħażagħ misruqa kellhom madwar 22 sena.
Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ, filwaqt li l-aggressur irnexxielu jaħrab mill-post.
L-investigazzjonijiet dwar din is-serqa għadhom għaddejin.
//= $special ?>