Lokali

Twissija ta’ riħ qawwi

L-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ bi twissija ta’ riħ qawwi.

Ir-riħ mill-Punent Majjistru se jkun qawwi fl-inħawi fejn jaqbel l-iktar tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija se tibqa’ fis-seħħ sad-9am.

Hemm ċans li t-twissija tiġġedded iktar tard matul il-ġurnata.

Intant fi tbassir għas-sajjieda ġie miktub li se jkollna riħ mill-Punent Majjistru forza 6 li jsir forza 7 u lokalment riefnu forza 8 mal-lejl.