Lokali

Aktar gradwati fosthom tal-liġi

Ġurnata oħra ta’ gradwazzjonijiet… it-13-il waħda minn 24 li se jkun hemm din is-sena fejn se jiggradwaw ‘il fuq minn 3400 student. L-Erbgħa kien imiss lil dawk li temmew l-istudji fil-fakultà tal-liġi, tat-teoloġija u tal-ischool of Performing Arts.

F’żewġ ċerimoniji separati fl-Unjiversità l-antika, ggradwaw total ta’ 212-il student.

Net News mar il-Belt Valletta fejn tkellem ukoll ma’ studenta li għada kemm temmet l-istudji tagħha fil-liġi.

Fid-diskors li għamel Dr MarioDe Marco hu qal lill-avukati l-ġodda li lt-tentazzjoni li wieħed jinstinka għall-flus hi kbira u l-opportunitajiet huma hemm…. imma fl-aħħar mil-aħħar hija l;-imġieba tal-bniedem li tiddefinixxi x’inhu.

Dr Tonio Borg tkellem kemm bħala lecturer ikuf ukoll bħala student hekk kif ggradwa PhD fil-liġi ukoll għamel diskors fejn ikkundanna n-nuqqas tal-ħarsien tal-liġi li darba f’sena jsir dibattitu parlamentari dwar l-operat u x-xogħol tal-Università. Tonio Borg ta parir lill-avukati l-ġodda biex ma jobtux lilhom infushom mal-iskrivaniji tagħhom imma biex jieħdu azzjoni u jkunu għodda tal-bidla… fejn il-bidla hija l-ħaġa t-tajba.

Hu għalaq id-diskors tiegħu bi kliem Thomas Fuller Be you ever so high the law is above you…jiġifier tgħola kemm tgħola ‘l fuq, il-liġi hija fuqek.

Net News tawgura lill-gradwati kollha fosthom lill-kollegi tagħna tal-kamra tal-aħbarijiet Mario Frendo u Darren Carabott.