Fit-tnehdija tad-dokumentarju ‘Comino-Secret Paradise’, iċ-Chairman tal-Fondazzjoni tal-Ajruport ta’ Malta, Frederick Mifsud Bonnici qal li din il-Fondazzjoni tuża’ parti mill-profitti tagħħa għall-benefiċċju tal-komunità, filwaqt li saħaq li dan id-Dokumentarju hu t-tieni proġett fejn il-Fondazzjoni qed tgħin għal riċerka taħt il-baħar, bl-ewwel wieħed ikun fuq Filfla.
Kompla jgħid li l-għadis hu wieħed mis-setturi fejn jixtieq li tiżdied il-pubbliċità. Għalhekk l-għan ta’ dan id-Dokumentarju hu li nitgħallmu napprezzaw u nieħdu ħsieb siti li għandna f’pajjiżna ħalli nuru aħjar x’għandna x’noffru f’Malta.
Fiċ-ċinema preżenti kien hemm studenti mill-iskola Santa Monica ta’ Birkirkara, fejn Alan Deidun, li huwa il-produttur eżekuttiv tad-dokumentarju, qal li stieden lil dawn l-istudenti għaliex id-dokumentarju huwa maħdum b’mod li jinftiehem minn kulħadd fosthom dawk ta’ eta’ żgħira u wkoll dawk li mhumiex familjari mal-ħajja ta’ taħt il-baħar.
//= $special ?>