Analiżi tal-Gvern tar-Renju Unit ikkonfermat li l-pajjiż kien se jmur għall-agħar ekonomikament taħt kwlaunkwe forma ta’ Brexit, kemm jekk ikun hemm ftehim u kemm jekk le. Dan meta wieħed iqabbel mas-sitwazzjoni bħala pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea.
Skont iċ-ċifri uffiċjali, l-ekonomija tar-Renju Unit se tiċkien bi 3.9 fil-mija wara 15-il sena, skont il-pjan li kien miftiehem f’dawn l-aħħar ġranet mal-Un-joni Ewropea.
Jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim, dak magħruf bħala no-deal Brexit, l-impatt negattiv fuq l-ekonomija Ingliża ikun ta’ 9.3 fil-mija. Il-Prim Ministru Theresa May dejjem insistiet li fiċ-ċirkostanzi, il-ftehim li kisbet – li hu lok ta’ ħafna kritika fir-Renju Unit – hu l-aħjar li setgħet tikseb. Ilbieraħ fil-Parlament hija reġgħet tenniet dan u żiedet li biex wieħed jonoroa x-xewqa tal-elettorat fir-referendum dwar il-Brexit, u biex tipproteġi kemm tista’ l-impjiegi u l-ekonomija, dan il-ftehim kien l-aħjar li setgħet tikseb. Issa biex il-ftehim jidħol fis-seħħ għad jonqos il-vot kruċjali fil-Parlament Ingliż.
Vot li se jsir fil-11 ta’ Diċembru u li s’issa jidher li jista’ jintilef. Dan peress li hemm firda kbira dwaru fi ħdan il-Partit Konser-vattiv li tmexxi May. Il-PM qed iddur il-pajjiż tik-konvinċi lin-nies dwar il-ftehim, u lbieraħ kienet l-Iskozja.
//= $special ?>

