Li kieku jien kont il-Prim Ministru u rċivejt kundanna bħal dik li l-Gvern Laburista rċieva mill-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt tal-powerstation tal-gass, kienet tiftaħ investigazzjoni mmedjata fuq Konad Mizzi u Keith Schembri.
Iddikjara dan bla tlaqlieq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li l-Ħamis kien intervistat waqt il-programm Xtra fuq Television Malta.
Dan wara li r-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar dwar l-Electrogas juri biċ-ċar li hemm tħassib sinifikanti fil-mod kif saru l-affarijiet, ma sarx due dilligence kif suppost, il-garanzija bankarja tal-Gvern kienet irregolari, filwaqt illi l-interconnector – kif kien ilu jgħid il-PN – jipprovdi elettriku bi prezzijiet orħos.
Adrian Delia ddikjara li hu minn dejjem, anke qabel daħal fil-politika, kellu reputazzjoni li jieħu azzjoni mal-iċken dubju ta’ irregolarità.
Matul l-intervista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar diversi suġġetti oħra. Fost l-oħrajn dwar kif mill-Oppożizzjoni, il-Partit Nazzjonalista qed ikompli joħroġ b’iktar proposti, kif wieħed isib ukoll fid-dokument ġdid Ġid għal Kulħadd f’Soċjetà li Jimpurtaha.
//= $special ?>