Il-Partit Nazzjonalista dejjem emmen fin-nies…u kien għalhekk li welled il-kunsilli lokali. Kienet din il-viżjoni ta’ Eddie Fenech Adami…il-viżjoni tal-Partit Nazzjonlista li emmen li stajna nieħdu rajna f’idejna bl-indipendenza u li kapaci nikkompetu mal-pajjizi tal-Ewropa bis-sħubija tagħna.
Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt attività ta’ ċelebrazzjoni tal-25 sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali.
Adrian Delia qal li filwaqt li l-Partit Nazjonalista għandu għal xiex jiċċelebra għax ta lil poplu il-kunsilli lokali, il-Gvern bħala rigal tal-25 sena seraq lura mingħand il–kunsill il-poteri, il-fondi u d –dritt li jieħdu deċiżjonijiet dwar il-lokal tagħhom… dcċiżjonijiet dwar l-iskart, it-toroq, il-gwardjani u aktar. Gvern li qed ikompli jipprova jerġa’ jieħu l-kontroll ta’ kollox f’idejh.
Fid-diskors tiegħu Adrian Delia rrefera għar-rapport li kien għadu kemm ippreżenta fil-Parlament l-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt tal-Electrogas. Hu qal li hu surreali li mentri r-rapport jgħid li dan il-proġett seraq mill-popli 200 miljun, u li d-dokument sħiħ hu kundanna qawwija dwar kif saru l-affarijiet, il-Ministru Konrad Mizzi donnu qed jgħix f’xi pjaneta oħra u jinsisti li r-rapport kien xhieda ta’ kemm saru sew l-affarijiet.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dawk il-200 miljun setgħu ntużaw għal dawk il-pensjonanti li għolitilhom il-kera, għal dawk li €2.33 ma għamlu xejn biex itaffilhom it-toqol tal-ħajja, għal dawk iż-żgħażagħ li jkollhom jieqfu mill-istudji ta’ 15-il sena biex jikkontribwixxu fil-familji.
Adrian Delia għalaq id-diskors tiegħu billi ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jibqgħu jagħtu l-kontribut tagħhom.
Indirizzaw ukoll din l-attività d-Deputat Robert Cutajar u s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli.
Robert Cutajar qal li l-Partit Nazzjonalista huwa komdu u kburi bix-xogħol tal-kunsilli għax kien hu li wellidhom u qal li anke mill-Oppożizzjoni, il-Partit qed jibqa’ jaħdem tant li ppreżenta 80 proposta lill-Gvern għat-tisħiħ tagħhom.
Clyde Puli rringrazzja lil dawk kollha li taw kontribut fil-kunsilli u fakkar f’dawk li m’għadhomx magħna.
Tul l-attività ngħataw rikonoxximent numru ta’ sindki u kunsilliera li servew jew għadhom iservu fil-lokalità tagħhom.
//= $special ?>