Lokali

Il-ġurnalist Stephen Grey jikkwota lil Adrian Delia

Ir-rapport voliminuż dwar l-Electrogas juri biċ-ċar li hemm thassib sinifikanti fil-mod kif saru l-affarijiet, ma sarx due dilligence kif suppost, il-Garanzija Bankarja tal-Gvern kienet irregolari, filwaqt illi l-interconnector – kif kien ilu jgħid il-PN – jipprovdi elettriku bi prezzijiet orħos.

Dawn huma biss ftit mill-konkluzjonijiet li jasal ghalihom l-Awditur Generali fir-rapport tiegħu, fejn joħroġ ċar illi l-Electrogas naqsu milli jilħqu l-minimu rikjest fit-tender.

Din l-investigazzjoni minn naha tal-Awditur Generali fiha mal-500 pagna, u ilha li intalbet 3 snin mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista.

Rapport illi ġie ippubblikat f’perijodu fejn l-Electrogas kienet diga’ fl-aħbarijiet minħabba li wieħed mid-Diretturi instab li hu s-sid tal-kumpanija sigrieta 17 Black.

Fil-fatt, immedjata kienet ir-reazzjoni tal-ġurnalist tar-Reuters Stephen Grey illi fuq Twitter kwota lill-Kap tal-PN jgħid illi dan kien deal imbgħabas sa mill-ewwel ġurnata.