Lokali Transport

ILLEJLA: Triq Aldo Moro magħluqa għat-traffiku

Appell biex wieħed jippjana minn qabel il-vjaġġ tiegħu

Il-korsiji kollha fi Triq Aldo Moro li minn Ħal Luqa u Raħal il-Ġdid jeħduk lejn il-Belt Valletta se jkunu magħluqin illejla bejn is-7pm u s-6am ta’ għada filgħodu.

Dawk kollha ġejjin minn Vjal Sir Paul Boffa, Vjal Santa Luċija u Triq Giuseppe Garibali fid-direzzjoni tal-Marsa, Ħal Qormi u l-Belt Valletta se jiġu ddevvjati minn Ħal Luqa mill-Uffiċjali tal-Pulizija u ta’ Transport Malta, li se jkunu stazzjoni fit-toroq biex jiggwidaw lis-sewwieqa lejn ir-roto alternattivi.

Waqt li t-triq tkun magħluqa, il-kuntratturi tal-proġett tal-Marsa Junction, konfinanzjat b’fondi Ewropej mill-Faċilità ‘Nikkollegaw l-Ewropa tal-Unjoni Ewropea’, se jkunu qegħdin jagħtu l-aħħar kisja lill-wiċċ ta’ din il-karreġġjata. Kif jintemm din il-fażi, sa tmiem din is-sena se jinbeda t-tielet fażi tal-proġett li jinkludi l-bini ta’ seba’ pontijiet li se jsiru flok is-sistema tas-sinjali bid-dwal li hemm biswit iċ-Ċimiterju tal-Addolorata.