Iċ-Chairman ta’ ONE Productions, Jason Micallef, se jinħatar bħala l-ewwel Chairman tal-Aġenzija Kulturali Valletta wara li għal dawn l-aħħar snin mexxa l-Fondazzjoni Valletta18.
Ippressat mill-ġurnalisti dwar dan, il-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, iġġustifika din il-ħatra kontroversjali, minkejja l-appelli internazzjonali u anki dawk lokali li ċanfru u talbu għar-riżenja ta’ Jason Micallef minn Chairman tal-V18 għall-mod kif tkellem u aġixxa b’rabta mal-mewt tal-ġurnalista, Daphne Caruana Galizia.
Din l-aġenzija kulturali se tieħu post il-Fondazzjoni Valletta18 sabiex jitkompla l-legat kulturali li ġabet magħha l-kisba tal-PN fil-Gvern għall-Belt Valletta bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura.
//= $special ?>