Diversi Sidien ta’ Propjeta’ iddiskutew l-White Paper tas-Suq tal-Kiri f’laqgħa organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi.
Fil-laqgha, huma rrifjutaw kwalunkwe telf tal-libertà tal-kuntratti fil-liġi l-ġdida, b’xi wħud jgħidu li jistghu jispiccaw ineħħu l-proprjetà tagħhom mis-suq jekk dan kellu jseħħ.
Fil-laqgħa tqajmu kwistjonijiet ta’ abbandun tad-djar u sitwazzjonijiet fejn ikollhom jiġru wara n-nies biex iħallsu l-kirijiet dovuti. Ġiet enfasizzata wkoll l-importanza li jkun hemm kuntratti ta’ sena u kif ukoll għal perjodu iqsar speċjalment meta l-kiri jsir lil ċittadini barranin.
Kienet imsemmija wkoll il-problema dejjiema tal-kuntratti antiki, b’xi kelliema jargumentaw li dan jeħtieġ li jiġi indirizzat fil-liġi l-ġdida.
L-MDA qed tħeġġeġ lill-Gvern sabiex joħloq inċentivi għal dawk li jagħżlu li jikru b’rati aktar favorevoli fuq perjodu twil ta’ żmien, peress li dan jgħin lill-inkwilini indirettament.
Wara li jiġu evalwati diversi suġġerimenti li qed isiru, l-MDA se tkun qed tippubblika d-dokument tal-pożizzjoni uffiċjali li se tkun qed tippreżenta lill-Gvern fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>