Il-forzi tas-sigurta Ġermaniżi għamlu rejd fis-sede tad-Deutsche Bank fi Frankfurt. Dan bħala parti minn investigazzjoni li feġġet minn dak li kien ġie svelat fil-Panama Papers.
Fil-mira tal-investigaturi Ġermaniżi hemm żewġ membri tal-bank li għenu klijenti fil-ħasil ta’ flus permezz ta’ kumpaniji offshore.
Dan biex fihom jitpoġġew flus li nkisbu minn attivita kriminali.
Fir-rejd il-pulizija sekwestrat ħafna dokumenti u komputers.
//= $special ?>