L-Iskola Primarja St. Joseph ta’ Blata l-Bajda ħejjiet ġurnata b’differenza għall-istudenti tagħha minflok qattgħu ġurnata ġewwa fil-Parents’ Day. Żorna din l-iskola fejn innutajna lit-tfal jipparteċipaw b’mod attiv f’esperimenti xjentifiċi u proġetti tal-IT.
Rachel Grech, Kap tal-istess skola, elaborat aktar dwar din il-ġurnata li offriet opportunità lill-istudenti biex jaħsbu loġikament u b’mod kritiku:
“Kienet inizjattiva tal-iskola li minflok inħallu lit-tfal id-dar waqt il-parents’ day sakemm l-għalliema jkellmu lill-ġenituri, nipprowovu ftit l-informatika u x-xjenza fost il-bniet fl-iskola. Dan huwa proġett li bħala skola huwa tant għal qalbna.”
Magħhom ikollaboraw Easy Peasy Coding u s-Segretarjat tal-Edukazzjoni Kattolika fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta biex jitfakkar il-Ġimgħa Ewropea tal-Kodifikazzjoni.
Fl-ewwel klassi żorna, sibna l-istudenti jsegwu lezzjoni dwar il-liġijiet ta’ Newton, partikolarment it-tielet waħda li tgħid li kull azzjoni hemm azzjoni opposta ndaqs.
Jennifer Farrugia, għalliema tal-ICT fl-iskola, tkellmet magħna fuq dak li tħejja għall-istudenti fil-klassi tagħha:
“Dawn qegħdin maqsumin f’2 gruppi. F’grupp minnhom qed jużaw l-edizzjoni edukattiva tal-mindcraft, biex jitagħllmu kif jistgħu idaħħlu x-xjenza u l-matematika fost l-oħrajn f’suġġetti oħra. F’grupp ieħor qegħdin jużaw il-microbit billi jitgħallmu jagħmlu l-kodifikazzjoni bl-użu ta’ microchips żgħar.”
Bosta tfal oħra bdew ipinġu b’diversi kuluri skont dawk issuġġeruti minn robot miexi fuq il-karta li penġew fuqha. Fl-aħħar klassi, l-istudenti bdew iħejju xena tan-nattività bl-użu t’affarijiet elettriċi bħall-copper tape u LEDs. Ħaġa partikolari f’dan il-proġett huma l-istilel li weħlu t-tfal fuq ix-xena b’talba fuqhom.
//= $special ?>