Futbol Sport

Rebħiet kbar għal Sporting, Chelsea u Milan fil-ħames ġurnata tal-gruppi tal-Europa League

(Ritratt: EPA)

Fil-ħames ġurnata tal-Europa League jispikkaw ir-rebħiet kbar miksuba minn Sporting Lisbon u Milan, rebħiet li poġġew lil Sporting Lisbon fit-tieni fażi tal-kompetizzjoni, iżda minn naħa l-oħra Milan minkejja r-rebħa jridu jistennew l-aħħar impenn fil-Greċja kontra Olympiacos.

Sporting kisbu rebħa ta’ 6-1 f’Baku kontra Qarabag fejn Diaby u Fernandes skorjaw doppjetta kull wieħed. Milan għelbu lil Dudelange 5-2, iżda t-tim mil-Lussemmburgu għal ftit ma wettaqx sorpriża mill-ikbar. Milan minkejja r-rebħa ddiżappuntaw u minkejja bidu tajjeb u minkejja li marru kmieni fil-vantaġġ permezz ta’ Cutrone, kienu Dudelange li sa kmieni fit-tieni taqsima marru minn fuq. Iżda grazzi għal awtogowl u oħrajn ta’ Calhanoglu u Borini Milan aċċertaw mir-rebħa fejn issa jridu tal-anqas draw jew telfa minima fil-Greċja kontra Olympiacos biex jikkwalifikaw.

Arsenal ukoll rebħu 3-0 fl-Ukrajna kontra Vorskla Poltava bil-gowls tal-Gunners skorjati minn Smith-Rowe, Ramsey u Willcock. Rebħa importanti kisbu wkoll Celtic li barra minn darhom għelbu lil Rosenborg 1-0 b’gowl ta’ Sinclair fit-42 minuta. Rebħa kbira kisbu wkoll Chelsea li għelbu lil PAOK 4-0, b’doppjetta ta’  Olivier Giroud, u gowls ta’ Alvaro Morata u Hudson-Odoi.

Andre Schembri lagħab l-ewwel 66 minuta fi-rebħa li Apollon kellhom fuq Lazio, bl-iskor ta’ 2-0.

Riżultati kollha

Grupp A – Bayer Leverkusen v Ludogorets 1-1 , Zurich v AEK Larnaca 1-2

Grupp B – Rosenborg v Celtic 0-1 , Red Bull Salzburg v Leipzig 1-0

Grupp Ċ – Bordeaux v Slavia Praga 2-0 , Zenit v FC Copenhagen 1-0

Grupp D – Anderlecht v Spartak Trnava 0-0 , Fenerbahce v Dinamo Zagreb 0-0

Grupp E – Qarabag v Sporting 1-6 , Vorskla v Arsenal 0-3

Grupp F – Milan v Dudelange 5-2 , Real Betis v Olympiacos 1-0

Grupp G – Spartak Moscow v Rapid Vienna 1-2 , Rangers v Villarreal 0-0

Grupp H – Apollon Limassol v Lazio 2-0 , Eintracht Frankfurt v Olympique Marseille 4-0

Grupp I – Malmo v Genk 2-2 , Sarpsborg v Besiktas 2-3

Grupp J – Krasnodar v Akhisarsport 2-1 , Standard Liege v Sevilla 1-0

Grupp K – Astana v Dynamo Kyiv 0-1 , Jablonec v Rennes 0-1

Grupp L – BATE Borisov v Vidi 2-0 , Chelsea v PAOK 4-0