Lokali

RITRATTI: Ikomplu l-attivitajiet organizzati mill-APAN

Dalgħodu fid-Dar Ċentrali tal-PN kienet organizzata laqgħa oħra mill-APAN fejn l-anzjani qed ikollhom l-opportunita’ jipparteċipaw f’taħdidiet ma’ politiċi u personalitajiet distinti.

Illum kien imiss laqgħa mal-eks Deputat Nazzjonalista Antoine Mifsud Bonnici, illi għaliha attendew numru sabiħ ta’ persuni. It-tabib Mifsud Bonnici serva għal snin twal f’diversi karigi kemm fi Gvern Nazzjonalista, u anke fil-Partit innifsu.

Dawn l-attivitajiet se jkompli b’mod regolari.