Lokali

AĠĠORNATA: Żewġ anzjani jittajru fir-Rabat Għawdex

L-isptar ġenerali ta' Għawdex

Dalgħodu għall-ħabta tal-11.30, żewġ anzjani ttajru minn karozza fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat Għawdex.

Jidher li mara ta’ 26 residenti r-Rabat Għawdex, tajret żewġ anzjani waqt li kienet qed tirriversja karozza tat-tip Toyota Aygo.

Waħda mill-anzjani għandha 84 sena u hi residenti l-Qala, filwaqt li l-oħra għandha 67 sena u toqgħod ix-Xagħra.

Fuq il-post issejaħ tim mediku li ħa liż-żewġ anzjani l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal iktar kura. Il-mara ta’ 84 sena ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief waqt li l-mara ta’ 67 sena qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.