Kummerċ Lokali

Andrew Manduca jieħu post John C Grech f’Mizzi Organisation

Andrew Manduca inħatar chairman ta’ Mizzi Organisation. Hu se jibda f’din il-kariga mill-1 ta’ Novembru.

Manduca se jkun qed jieħu post John C. Grech li serva f’din il-kariga għal xejn anqas minn 21 sena.

Andrew Manduca kien il-fundatur ta’ kumpanija tal-accountancy fl-1980 illi aktar tard saret id-ditta Deloitte. Hu irtira minn chairman tad-Deloitte fl-2015.

Manduca kien responsabbli mit-twaqqif tad-Dipartiment tat-Taxxa, li mexxa hu stess sal-2012.