Kultura Lokali

Jiftaħ Misraħ il-Milied fid-Dar Ċentrali

Bejn illejla u l-Ħadd 9 ta’ Diċembru se tkun qed issir it-tielet Edizzjoni ta’ Misraħ il-Milied.

Misraħ il-Milied se jkun mifrux fuq tlett sularisulari fejn fis-sular t’isfel tul l-għaxart ijiem se jkun hemm stands ibiegħu ħelu tal-Milied, pjanti, ornamenti u tiżjin tal-Milied.

Se tkun qed tittella wkoll kompetizzjoni tal-kejkijiet tal-Milied li se jkunu esibiti fl-ewwel sular.

Fis-sular ta’ isfel nett se jkun hemm stands bil-kotba, area tat-tfal li se tkun tinkludin area għal crafs, animation u karattri, attivitajiet bħal singalongs, bejgħ ta’ toys kif ukoll bar.

Fis-sala l-prinċipali se tkun qed tittella attività differenti kuljum li jinkludu konkors ta’ kanzunetti għat-tfal ta’ bejn il-5 u s-17-il sena li se jsir is-Sibt u l-Ħadd l-1 u t-2 ta’ Diċembru.

It-Tnejn se tkun qed tittella l-Akila Christmas Fashion Show fejn ħa jkun hemm sfilata tat-tfal u u l-kbar, u se jkun hemm għadd ta’ artisit jagħmlu dimostrazzjonijjiet bix-xagħar.

It-Tlieta 4 ta’ Diċembru se tkun qed tittella Lejla ta’ Maġija b’illużjonijiet minn 9 illużjonisti bl-iżgħar wieħed ikun tifel ta’ tnax-il sena.

L-Erbgħa mbagħad tittella serata ta’ żfin tradizzjonali minn divrsi pajjiżi fosthom Malta, Spanja u l-Bulgarija.

Il-Ħamis, is-serata se tkun dedikata lill-membri ta’ Klabb 101 li se jkunu qed jiċċelebraw f’party li tulu jistgħu anke jabbonaw membri ġodda fil-klabb.

Għal dawk kollha dilettanti tal-ikel tajjeb, il-Ġimgħa 7 ta’ Diċembru huwa appuntament li ma jistax jintilef hekk kif grupp ta’ disa’ kokijiet jingħaqdu flimkien biex joffru buffet varjat ta’ ikel Malti u Taljan.

Is-Sibt imbagħad se jkun jum ta’ varjetà hekk kif kumpaniji Maltin ta’ żfin u choirs se jkun qed joffru spettaklu lil dawk peżenti.

Il-Ħadd jagħlaq Misrah il-Milied bil-maratona ġbir ta’ fondi.

L-attivitajiet kollha ta’ Misraħ il-Milied huma mmirati għal familja kollha u matulu se tiġi ppreżentata d-diska tal-Milied Tfal Maltin u Għadxin li din is-sena se tkun kantanta minn tfal u preżentaturi ta’ Net FM.