Fil-kapitlu dwar l-innovazzjoni, id-Dokument Ġid għal Kulħadd f’Soċjeta’ li Jimpurtaha qed jipproponi li jkun hemm punt ta’ tluq nazzjonali li jikkordina l-isforzi kollha ta’ innovazzjoni li qed isiru fil-pajjiż. Jekk din il-proposta ssir, Malta tkun l-ewwel pajjiż li jkun irnexxielu jagħmel dan.
Sostna dan Joe Woods, Direttur Kreattiv, waqt intervista fuq Net Live fejn analizza l-proposti tad-dokument li kien approvat mill-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista matul il-ġimgħa li għaddiet.
Joe Woods qal li ċ-ċokon ta’ Malta għandna nħarsu lejh bħala vantaġġ għaliex dan ifisser li meta jiġi għat-tibdil u l-innovazzjoni, Malta tista’ twettaq dan ferm qabel pajjiżi ikbar. Matul iż-żminijiet il-viżjoni ta’ Malta kienet dejjem li nħarsu ‘il barra biex jinħoloq l-ispazju fejn nimirħu/
Joe Woods qal li hawn perċezzjoni żbaljata li l-innovazzjoni hi misjuq mit-teknoloġija. Fir-realta’ it-teknoloġija hija biss parti minn dan kollu għaliex dik li ssuq l-innovazzjoni fir-realta’ hija l-viżjoni fit-tul.
//= $special ?>
