Ftit tal-ħin ilu ħarġet l-aħbar uffiċjali illi l-Ukrajna qed twaqqaf id-dħul ta’ Russi fil-pajjiż – ċittadini li għandhom bejn is-16 u 60 sena. Id-deċiżjoni mill-Gvern ta’ Kiev waslet wara r-ritaljazzjoni li kien hemm mill-forzi Russi fil-Baħar l-Iswed.
Moska ħatfet 3 bastimenti Ukreni u numru ta’ baħrin.
Kien għalhekk illi l-President Poroshenko iddeċieda li jintroduċi dik li tissejjaħ ‘Martial Law’ fir-reġjuni li jmissu mar-Russja…li fi kliem sempliċi jfisser li l-militar jieħu kontroll. Il-mossa hi maħsuba biex ma jiġux iffurmati gruppi ta’ resistenza fil-pajjiż, b’alleanza mar-Russja.
//= $special ?>