Lance Stroll se jkun fit-tim ma’ Sergio Perez l-istaġun li ġej wara li ħarġet l-aħbar uffiċjali li se jkun qed itellaq ma’ Force India. Din il-bidla għal Stroll minn ma’ Williams kienet mistennija hekk kif missieru Lawrence Stroll xtara lil Force India fis-sajf li għadda.
Stroll se jieħu post Esteban Ocon li rritorna ma’ Mercedes bħala t-tielet sewwieq. Force India qalu li l-Kanadiż iffirma kuntratt fit-tul. Iż-żagħżugħ kiseb l-uniku podju għal Williams fl-2017 meta kien spiċċa t-tielet fil-Grand Prix tal-Ażerbajġan u fl-istess staġun kien kiseb biss tliet punti anqas minn sieħbu Felipe Massa.
F’dan l-istaġun Williams kellhom staġun diżappuntanti minħabba li l-karozza ma kinitx kompetittiva, b’Stroll iġib biss is-sitt punti, kontra l-punt ta’ Sergey Sirotkin. Robert Kubica u George Russell se jsuqu ma’ Williams is-sena d-dieħla.
Perez li ilu jtellaq ma’ Force India fl-2014, reġa’ ffirma mat-tim xahrejn ilu. B’hekk wara l-konferma ta’ Alex Albon ma’ Toro Rosso u l-konferma ta’ Lance Stroll ma’ Force India, is-sewwieqa għall-istaġun li ġej huma magħrufa kollha.
Is-sewwieqa kollha għall-kampjonat tal-2019
Mercedes – Lewis Hamilton, Valtteri Bottas
Ferrari – Sebastian Vettel, Charles Leclerc
Red Bull – Max Verstappen, Pierre Gasly
Renault – Daniel Ricciardo, Nico Hulkenberg
Haas – Romain Grosjean, Kevin Magnussen
McLaren – Carlos Sainz, Lando Norris
Force India – Sergio Perez, Lance Stroll
Toro Rosso – Daniil Kvyat, Alex Albon
Sauber – Kimi Raikkonen, Antonio Giovinazzi
Williams – George Russell, Robert Kubica
//= $special ?>