Internazzjonali

Lukandi tal-Marriott International jisfaw mira għal hacking tal-massa

FILE - This April 20, 2011 file photo shows Portland Marriott Downtown Waterfront in Portland, Ore. Marriott International has cleared one of its major hurdles on its journey to acquire rival Starwood and become the world's largest hotel chain. Shareholders in both Marriott and Starwood Hotels & Resorts Worldwide Inc. approved the $14.41 billion sale Friday, April 8, 2016. (AP Photo/Rick Bowmer)

Ir-rekords ta’ 500 miljun klijent tal-grupp tal-lukandi Marriott International spiċċaw suġġetti għall-hacking f’sitwazzjoni oħra inkwetanti dwar abbuż ta’ data.

Kelliema għall-grupp qalu li d-database għall-booking tar-residenti tat-taqsima Starwood tiegħu spiċċa ‘kompromess minn elementi mhumiex awtorizzati’. Investigazzjoni interna żvelat li hacker irnexxielu jsib aċċess għan-network ta’ Starwood mill-2014 u fl-aħħar sigħat kellhom ikunu notifikati l-klijenti li għandhom ir-rekords fid-database.

Il-lukandi fit-taqsima Starwood tal-Marriott International jinkludu l-W Hotels, Sheraton, Le Meridien u Four Points by Sheraton, Il-lukandi bil-brand tal-Marriott jużaw sistema separata għall-kljenti li jridu jirriservaw l-akkommodazzjoni fuq network differenti.

Kien proprju tagħmir għas-sigurtà interna li ġibed l-attenzjoni tat-Tmexxija tal-Marriott Group li xi ħadd kien qed jipprova jidħol fid-database ta’ Starwood. L-informazzjoni fid-database kienet tinkludi fost oħrajn ismijiet, indirizzi tal-emails, numri telefoniċi, numri tal-passaporti u dettalji oħra ta’ xi 327 miljun klijent tal-lukandi fit-taqsima Starwood.