Lokali

Muscat jinjora l-kundanni tal-Awditur Ġenerali

Għall-Prim Ministru mhi xejn għajr ftit kritika teknika dak li ħareġ mir-rapport tal-awditur ġenerali nhar l-Erbgħa li ghadda.

Dan qalu lill-ġurnalisti meta mistoqsi x’jaħseb dwar il-kundannani li għamel l-istess rapport dwar il-kuntratt kontroversjali tal-Electrogas.

Hu baqa’ jisħaq li minkejja l-kritika li fih ir-rapport hu kuntent bir-riżultat.

Muscat insista li l-Electrogas kienet l-aqwa għażla minkejja li fl-istqarrija li ħareġ l-Erbgħa stess l-awditur ġenerali tkellem dwar “il-mod inkonsistenti li…kien adottat fil-valutazzjoni tas-sottomissjonijiet”. L-awditur fl-istess stqarrija jkompli jgħid hekk “ in-nuqqasijiet relatati mad-due diligence kienu ta’ tħassib, bil-verifiki mwettqa meqjusa bħala insuffiċjenti. Akter minn hekk in-nuqqas ta’ evidenza li l-Enemalta kkunsidrat mudelli ta’ akkwist alternattivi jqanqal riżervi dwar id-disinn tal-proġett”.

Mistoqsi jekk hux beħsiebu jitlob investigazzjoni dwar il-konklużjonijiet tar-rapport hu qal li dan mhux xogħolu.