Laqgħa ta’ informazzjoni li saret dalgħodu rat attendenza qawwija minn numru ta’ residenti Rabtin li huma inkwetati bl-applikazzjoni għal lukanda f’sit fejn sa llum wieħed isib vilel b’ġonna mill-isbaħ.
Il-laqgħa, li kienet organizzata mill-Kunsillier Nazzjonalista Rudolf Grima u li indirizzaha wkoll l-eks Sindku tar-Rabat Sandro Craus, kienet organizzata bl-iskop li r-residenti jkunu jafu bl-impatt li dan l-iżvilupp se jkollu fuq iż-żona.
Saru wkoll preżentazzjonijiet minn Arthur Galea Salomone, Keith Schembri kif ukoll Fr. Joe Barbara, waqt li fost dawk preżenti bdew petizzjoni, fuq inizjattiva tal-kunsillier Rudolf Grima, kontra dan l-iżvilupp.
Tħabbar ukoll li se titwaqqaf il-Fondazzjoni Saqqajja, li għandha l-għan li tissalvagwardja liż-żona.
//= $special ?>