Matul il-lejl il-Forzi Armati ta’ Malta ġew msejħa għall-għajnuna hekk kif persuna abbord id-dgħajsa Spanjola ‘Nostra Madre’ kellha bżonn attenzjoni medika.
Għalkemm għal diversi sigħat fuq il-post kien hemm il-bastimenti Medditerranea u Open Arms kellhom bżonn aktar għajnuna.
Għaldaqstant permezz ta’ helikopter, il-Forzi Armati ta’ Malta ħadu lill-persuna għall-aktar kura, hekk kif kienet intilfet minn sensiha.
Abbord l-istess dgħajsa kien hemm ħdax-il persuna fosthom żewġ minorenni, li rnexxielhom isalvaw minn nawfraġju.
Il-grupp Sea Watch spjega li dawn il-persuni kienu ġew ittorturati.
//= $special ?>

